
Ir-rebbiegħa tinħass ġmielha, iżda kont taf li deħlin ukoll fi staġun ta’ sensibilizzazzjoni internazzjonali dwar il-klima? Fit-22 ta’ April niċċelebraw Jum id-Dinja, filwaqt li bejn it-3 u l-5 ta’ Ġunju jkollna l-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE.
Għalhekk, bejn it-22 ta’ April u l-5 ta’ Ġunju, l-UE se torganizza t-tielet staġun tal-kampanja tagħha #ForOurPlanet. Din hija opportunità, kemm għall-individwi kif ukoll għall-iskejjel, biex bil-hashtag #ForOurPlanet jirrakkontaw x’qed jagħmlu biex jipproteġu, jirriġeneraw, u jieħdu ħsieb il-pjaneta.
Il-kampanja ta’ dis-sena se tiffoka fuq l-ekonomija ċirkolari, b’enfasi fuq prattiki pożittivi li jistgħu jsiru faċilment: INT x’tista’ tagħmel? Hawn mhux qed nitkellmu biss dwar ir-riċiklaġġ!
Uża mill-ġdid – Aqsam ma’ ħaddieħor – Agħti ħajja ġdida – Sewwi!
Għandek xi storja li biha tista’ tispira lil nies oħrajn? Involvi ruħek u uri lil ħaddieħor dak li qed tagħmel!
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 April 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni