Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 22 April 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ – Opportunità biex int tgħid tiegħek!

Young Policy Dialogues - Your chance to join the discussion!

Iddejjaqt tħoss li m’intix tingħata widen? Ħloqna spazju fejn l-ideat tiegħek jinstemgħu.

Fl-ewwel 100 jum tal-mandat tagħhom, il-Kummissarji kollha tal-UE ltaqgħu ma’ gruppi ta’ żgħażagħ minn madwar l-UE biex jiddiskutu firxa wiesgħa ta’ suġġetti, li jvarjaw mill-akkomodazzjoni u l-klima sal-ħiliet u s-saħħa. Dawn il-laqgħat, imsejħa Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ, se jkunu qed isiru kull sena.  

X’inhi l-importanza ta’ dan kollu?  

Il-Kummissjoni Ewropea trid li ż-żgħażagħ ikollhom vuċi li tassew tinfluwenza l-mod kif jaħdmu s-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna. Irridu li dak li jgħidu ż-żgħażagħ ikun rifless fil-politiki tal-UE. 
Waqt id-djalogi, il-Kummissarji interaġixxew maż-żgħażagħ u semgħu l-opinjonijiet tagħhom dwar x’qed jaħdem, x’mhuwiex jaħdem, u x’hemm bżonn jinbidel.

U issa xiex?  

Il-punti ewlenin li ħarġu minn dawn id-diskussjonijiet ġew ippubblikati u issa rridu nisimgħu mingħandek. Nistednuk tikkummenta dwar il-kontribuzzjonijiet li diġà hemm u tappoġġja dawk li taqbel magħhom. Tista’ wkoll twieġeb għall-kummenti u tkompli tiddiskuti.

Din hija l-opportunità tiegħek biex tieħu sehem fid-dibattitu u tgħidilna x’taħseb dwar dawn it-temi importanti. 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
22 April 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni